Mill-manuskritt li sab Renzo Manduca, in-neputi ta' Ġenovaffa, jidher ċar li din in-nanna xejn ma kienet mara mansweta u ta' subagħha f'ħalqha ... kif hawn min jimmaġina li kienu n-nisa ta' dak iż-żmien. Il-kitba li ħalliet tixhed karattru mqareb, mimli passjoni u enerġija, għatx għall-ħajja u kreattivita stramba f'dak kollu li kienet twettaq.
Lanqas missierha, in-negozjant magħruf tad-drappijiet, ma kellu l-ħila jrażżanha; lanqas iz-zija Fawstina bil qdusija kollha tagħha, jew iz-zija Ġemma bil-pariri prattiċi li kienet tagħtiha. Zanzu biss kien jaf iħollha i jdewwibha. Imma le ... mhux Zanzu biss!
Il-kitbiet tan-nanna Ġenoveffa huma esklussivament għall-kbar ... xi drabi espliċiti u drabi oħra oskuri ... l-istess bħan-nanna!