Leli ta' Ħaż-Żgħir huwa rumanz psikoloġiku, l-ewwel wieħed tal-ġeneru tiegħu li qatt inkiteb fil-Letteratura Maltija, kapulavur letterarju ta’ Ellul Mercer.
Fih l-awtur iħares lejn l-injoranza bħala dik li twassal għall-isfruttament. Biex wieħed jevita dan, kellu jiftaħ moħħu. Il-karattru prinċipali tal-ktieb, Leli, jispiċċa dejjem aktar soċjalment maqtugħ iktar ma jiftaħ moħħu għax f'Ħaż-Żgħir il-ħajja kienet tibqa’ sejra mingħajr ma wieħed jieqaf biex jaħseb u jirrifletti.
Fid-dlam intellettwali ta' Ħaż-Żgħir, in-nies ma tifhimx lil Leli u tgħaddih ta’ wieħed miġnun.
Dan ix-xogħol ta' Ellul Mercer huwa kritika qawwija tal-istat tal-biki li kienet fih is-soċjeta’ Maltija fis-snin ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet teżisti kriżi soċjali li żviluppat f'waħda psikoloġika, spiritwali u reliġjuża.
F'Leli ta' Ħaż-Żgħir Ġuże Ellul Mercer jagħti ħarsa lejn Malta kif tidher fil-kuxjenza ta’ bniedem intelliġenti u sensittiv li jfittex fl-ambjent ta’ madwaru biex imbagħad jidħol fih innifsu mgħobbi bil-konklużjonijiet li kważi ma jikkonkludux.
Ir-rumanz hu mixja lejn it-tajjeb fis-soċjetà u lejn il-kalma fir-ruħ. L-Iżolament tal-karattru, maqtugħ mid-dinja, hu l-aħħar kelma ta’ l-awtur imħasseb.